Trasport Pubbliku 
 
Il-kumpanija Malta Public Transport hija l-operatur tax-xarabank tal-pajjiż. Il-biljetti tax-xarabank jiswew € 1.50 matul ix-xitwa u € 2.00 matul is-sajf jekk tħallas bi flus kontanti. Il-biljetti huma validi għal sagħtejn.
 
Tista’ tixtri wkoll travel card temporanja. Huwa metodu iktar ekonomiku biex iddur mal-gżira bix-xarabank waqt iż-żjara tiegħek. L-Explore card toffri vjaġġi illimitati għal sebat ijiem billejl u binhar għal €21 għall-adulti u €15 għat-tfal. Tista' tixtri wkoll 12 Single Day Journey card għal €15. Din il-card hija valida għal sena u tista' tiġi kondiviża. Dawk li jivvjaġġaw b’mod regolari għandhom l-għażla li jirreġistraw għal tallinja card personalizzata u jistgħu jagħmlu top up bil-kumdità tagħhom. L-istess cards tax-xarabank u biljetti jistgħu jintużaw ukoll f’Għawdex.
 
Għal iktar informazzjoni, idħol fuq.
 
It-tallinja app, disponibbli għall-utenti iPhone u Android, toffri intraċċar immedjat tax-xarabank, issib l-eqreb waqfa tax-xarabank, taħdimlek il-vjaġġ tiegħek u tħallik tiċċekkja u tagħmel top up tal-kont
 
Servizzi tat-Taxi
 
F’Malta hawn numru ta’ kumpaniji privati li joffru servizz tat-taxi. It-tariffa tiddependi fuq id-distanza għad-destinazzjoni u d-dimensjoni tal-vettura.

Kiri ta’ Karozza 

 
Karozzi jistgħu jinkrew minn diversi kumpaniji differenti, uħud minnhom jinstabu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Il-prezz jiddependi mid-daqs tal-vettura u l-mudell li wieħed jixtieq.
 
Gozo Ferry 
 
Il-Gozo Channel toffri servizz bejn Malta u Għawdex kull 45 minuta. Il-vapur jitlaq miċ-Ċirkewwa u jasal fil-port tal-Imġarr Għawdex u viċi-versa. Il-vjaġġ idum madwar 25 minutaGħal iktar informazzjoni, idħol fuq.

Valletta Ferry Services

Valletta Ferry Services joffru servizz bejn il-Belt Valletta u Tas-Sliema kif ukoll bejn il-Belt Valletta u t-Tlett Ibliet. Għal iktar informazzjoni,
 idħol fuq.

Akkomodazzjoni 

Malta toffri akkomodazzjoni ta' livelli varji. Huwa rakkomandat li tibbukkja kmieni, anki fi staġun meta id-domanda tkun l-inqas. Għal iktar informazzjoni,
fuq.

K
lima

Bħala
gżira, il-baħar jinfluwenza ħafna l-klima ta’ Malta. Is-sjuf huma twal, jaħarqu, nixfin u xemxin. Ix-xtiewi huma qosra, moderati u bir-riħ, b’xita infrekwenti u b’umdità għolja.

I
nformazzjoni Oħra Utli

Lingwa
                Il-lingwi uffiċjali huma l-Malti u l-Ingliż. It-Taljan huwa mitkellem ħafna wkoll.
Provvista tal-Elettriku: Provvista tal-elettriku 230V/ -10% u frekwenza ta’ 50Hz. Il-plakka użata hi dik li tieħu tliet pinnijiet rettangulari
Sewqan                 Fuq in-naħa tax-xellug.
Munita                 Ewro
Emerġenza                 112
 ​