Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandha opportunità unika biex tesebixxi lil Malta u dak kollu li għandha x’toffri. Għal dan il-għan, is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u l-Fondi Ewropej ħareġ stedina għall-proposti  ta' sponsorizzazzjoni. Kumpanji Maltin ġew mistiedna biex jagħtu kontribut lil Presidenza permezz ta' donazzjoni ta’ prodotti, servizzi jew riżorsi finanzjarji. Kull tip ta’ kontribuzzjoni għas-servizzi tat-trasport, ta’ prodotti u servizzi tal-informatika, għat-telekomunikazzjoni, ta’ servizzi ta’ loġistika, ta’ catering u ospitalità, prodotti tat-tessuti u rigali ta’ kwalità għolja u tifkiriet hija apprezzata.  

Bħala kumpens, l-imsieħba se jibbenefikaw billi jkunu assoċjati ma' numru ta’ avvenimenti ta’ profil għoli, b’hekk ikollhom esponiment imprezzabbli, prestiġju u spinta fir-rikonixximent tal-brand għas-servizzi u għall-prodotti tagħhom. Ser jiġu organizzati ‘l fuq minn 200 laqgħa f’Malta waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE u madwar 20,000 delegat huma mistennija li jattendu. Numru kbir ta’ avvenimenti li jattiraw saħansitra numru ikbar ta’ delegati se jiġu ospitati fi Brussell, Strasburgu u Lussemburgu barra minn dawk ta’ Malta. 

Minkejja li numru ta’ ftehimiet ta’ sħubija ġew konklużi, il-Presidenza Maltija mhix se tagħlaq il-bibien tagħha għall-ebda intrapriża lokali li tixtieq tagħmel kontribuzzjoni. Għal Iktar informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ sponsorizzazzjoni tistatikkuntattja t-Taqsima tal-Presidenza fuq l-email marketing@eu2017.mt jew billi ċċempel +35625402700

 


 
​​​
​​



​​​