L-Arċipelagu Malti

Malta, li ta’ spiss tiġi deskritta bħala mużew imberraħ, qiegħda bejn Sqallija u l-kontinent Afrikan. Hija ġabra ta’ kulturi diversi mimlija fdalijiet ta’ ħakkiema mill-passat u artefatti storiċi. 

B’medda
ta’ art ta’ 316 km2 biss, l-Arċipelagu Malti huwa ffurmat minn sitt gżejjer u għalkemm huwa wieħed mill-iċken fid-dinja, għandu waħda mill-isfaq popolazzjonijiet. L-430,000 abitant tiegħu jgħix fuq l-ikbar tliet gżejjer; Malta, Għawdex u Kemmuna.

Minħabba li hi l-
ikbar waħda, Malta hija ċ-ċentru kulturali u kummerċjali tal-gżejjer. Min-naħa l-oħra, Għawdex hi iktar rurali u magħrufa għall-prattiċi agrikoli u tas-sajd, it-turiżmu u l-artiġjanat. Kemmuna, l-iżgħar mit-tlieta, hi fil-maġġor parti tagħha diżabitata u hija destinazzjoni popolari mat-turisti minħabba l-veduti pittoreski tagħha u l-baħar ċar kristall.