Iċ-ċentru tal-media jinsab fis-sular t’isfel tal-Palazz tal-Gran Mastru, aċċessibbli minn Triq l-Arċisqof. Il-faċilitajiet u s-servizzi disponibbli fiċ-ċentru tal-media huma kif ġej:

Id-desk tal-akkrediatzzjoni u l-iscreening tas-sigurtà
 
Id-desk tal-akkreditazzjoni jinsab fid-daħla taċ-ċentru tal-media. Il-membri tal-istampa jistgħu jiġbru l-badges t’akkreditazzjoni tagħhom jew ġurnata qabel il-laqgħa informali jew dakinhar stess. 
 
Id-desk tal-informazzjonu u tal-istampa
 
Id-desk tal-informazzjoni se jkun qed jipprovdi informazzjoni, servizzi u assistenza utli dwar:
 
    • ​​informazzjoni ġenerali; 
    • l-aġenda tal-ġurnata; 
    • ir-reġistrazzjoni għall-opportunitajiet tal-media; 
    • l-ibbukkjar ta’ kabini tal-media; u
    • appoġġ tekniku. 
           

Il-persunal tat-taqsima tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE 
 

L-Uffiċċju tal-Istampa tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE jinsab fis-sular t’isfel taċ-ċentru tal-media, wara ż-żona ta’ screening ta’ sigurtà. 
    

L-istazzjonijiet tax-xoghol tal-istampa 

  
Hemm total ta’ 250 stazzjon tax-xogħol imqassam fuq żewġ sulari, b’aċċess għal internet bi frekwenza għolja fuq il-wires u mingħajrhom u faċilitajiet tal-istampar.  Dawn l-istazzjonijiet tax-xogħol mgħammra b’sockets tal-elettriku universali (220V) flimkien ma’ sockets ta’ data fuq il-wires. Hemm appoġġ tekniku disponibbli wkoll. 
 
Ir-rappreżentanti tal-media jistgħu jirriżervaw spazji ta’ xogħol billi jniżżlu isimhom u l-organizzazzjoni tal-media li qed jirrapreżentaw fuq tikketta. L-uffiċċju tal-istampa tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE 2017 ma jistax jirriserva spazji ta’ ħidma. Spazji ta’ ħidma riżervati jistgħu jittieħdu minn oħrajn jekk ma jkunux użati mal-bidu tal-proċedimenti tal-avveniment. 
 

Il-faċilitajiet tal-catering 

 
Ikel u xorb ħa jkunu disponibbli fis-sala ta’ rikreazzjoni li tinsab fuq l-ewwel sular. Kafè, te, ilma, luminajjet u snacks ħfief se jkunu disponibbli f’kull ħin. 
 
Il-faċilitajiet tal-kabini tat-Televiżjoni u tar-Radju
 
Hemm 11-il kabina mgħammra b’sockets tal-elettriku universali, aċċess għall-internet il-wires u mingħajrhom, konnessjoni LAN, u moniter/televiżur.  Il-kabini se jkunu konnessi biex jirċievu video u audio feeds f’ħin reali mil-laqgħat koperti mix-xandar ospitanti (bil-lingwa prinċipali u t-traduzzjonijiet).  Pool ta’ sinjali fi kwalità HD huwa disponibbli fil-kabini tal-media. Il-kabini tar-radju se jkunu mgħammra wkoll b’linji ISDN. Il-kabini tal-media jistgħu jiġu rriservati fuq bażi ‘jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel’ billi tibgħat ittra elettronika fuq hostbroadcaster@eu2017.mt. 

Fuq talba lix-xandar ospitanti, rappreżentanti tal-media jistgħu jiġu pprovduti b’servizzi ta’ telefonija minn linja fissa, servizzi tal-internet primjum u servizzi tat-televiżjoni. 
   
Stand-up positions
 
Hemm 4 stand-up positions mgħammra b’kollox u li se jiġu armati fuq talba. Dawn mgħammra b’dak kollu li tista’ tiġi bżonn: kamera, mikrofonu u dawl. Hemm ukoll spazju disponibbli għal stand-up positions li mhux live u mingħajr tagħmir. Stand-up positions jistgħu jiġu rriservati direttament max-xandar ospitanti fuq hostbroadcaster@eu2017.mt. 
 
Faċilitajiet oħrajn disponibbli fuq l-ewwel sular taċ-ċentru tal-media jinkludu: 

    • l-uffiċċju tax-xandar ospitanti; 
    • Il-kamra prinċipali tal-kontroll; 
    • pool ta’ sinjali fi kwalità HD disponibbli fil-kabini tal-media;
    • kabina għall-istampar b’6 stampatriċi multifunzjonali; 
    • faċilitajiet ta’ ħażna għall-oġġetti personali; u 
    • sala. ​
 
Disponibbli wkoll sala tal-konferenzi bi 80 siġġu u żewġt ikmamar għall-aġġornamenti għall-istampa. 
    

Il-ħinijiet tal-ftuħ

  
Iċ-ċentru tal-media se jiftaħ kuljum fis-7 ta’ filgħodu u jagħlaq 4 siegħat wara l-aħħar opportunità għall-istampa tal-ġurnata. 

Ix-xandar ospitanti


Il-Public Broadcasting Services (PBS) hija x-xandar ospitanti uffiċjali tal-2017 għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE 2017.  Il-PBS topera l-istazzjonijiet televiżivi TVM u TVM2 u l-istazzjonijiet tal-PBS u topera l-stazzjonijiet tar-radju Radju Malta, Radju Malta 2 u Magic Malta. Il-PBS hija membru uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tax-Xandir, u ser tipprovdi media akkreditata b’materjal awdjoviżiv b’xejn mil-laqgħat ministerjali informali u avvenimenti oħra ta’ livell għoli li ser iseħħu f’Malta. 

Il-fotografu ospitanti
 

Matul l-avvenimenti ta’ livell għoli, il-fotografu ospitanti se jkun ibbażat iċ-ċentru tal-media. Id-dokumentazzjoni tal-avvenimenti ewlenin kollha tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE se tinkludi laqgħat ministerjali informali u laqgħat oħrajn ta’ livell għoli. 
 
L-album b'ritratti ta’ kwalità għall-istampar tista’ taċċessah minn hawn.