​​​​​

DWAR

​​
Sfond

F'April tal-2016, il-Kummissjoni adottat l-Inizjattiva Cloud Ewropea u ħabbret il-pjan għal twaqqif tal-inizjattiva Ewlenija tat-Teknoloġija Quantum li tiswa’ biljun euro f’investiment konġunt bejn il-pubbliku u l-privat matul l-10 snin li ġejjin.  Dan ġie mħabbar wkoll waqt avveniment tal-Presidenza Netherlandiża “Quantum Europe: a New Era of Technology” f’Mejju 2016

L-objettiv tal-Inizjattiva tat-Teknoloġija Quantum Ewlenija (QT) huwa li tissaħħaħ it-tmexxija xjentifika Ewropea u l-eċċellenza fir-riċerka quantum u li tbiddel riżultati f’opportunitajiet teknoloġiċi konkreti li jistgħu jiġu adottati mill-industrija. L-inizjattiva għada fil-fażi preparatorja, immexxiha mill-grupp ta’ esperti ta’ livell għoli mqabbad mill-Kummissjoni, ippresedut mill-Professur Mlynek u tlaqqa’ 24 membri distinti (nofshom mill-akkademja u nofshom mill-industrija) mill-Ewropa kollha.

Għan

Malta qed tospita avveniment tal-Presidenza, b’koperazzjoni mal-Kummissjoni, biex tinforma l-komunità dwar l-istatus tal-preparazzjoni tal-inizjattiva ewlenija u biex tippromwovi l-objettivi tagħha. Il-grupp ta’ esperti ta’ livell għoli se jippreżenta l-ewwel rakkomandazzjonijiet lejn l-inizjattiva ewlenija QT. Din se tkun kontribut kruċjali għat-twettiq tas-suġġetti ta’ riċerka għall-ewwel tliet snin tal-inizjattiva li se tingħata bidu fl-2018. Fl-avveniment, numru ta’ pajjiżi għandhom l-intenzjoni li jħabbru inizjattivi nazzjonali importanti li jimxu id f’id mal-Istrateġija Ewropea.

Kif tipparteċipa
Parteċipazzjoni għal konferenza hi abbażi ta’ stedina biss. Jekk tixtieq tipparteċipa iżda ma irċivejt l-ebda stedina bl-email, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq: cnect-c2@ec.europa.eu.

QuantERA Proposers' Day fis-16 ta’ Frar

QuantERA (netwerk ta’ 32 organizzazzjoni minn 26 pajjiż, kofinanzjata mill-Kummissjoni) qed jappoġġja proġetti ta’ riċerka internazzjonali fil-qasam tat-Teknoloġiji Quantum b’baġit sa 34 miljun euro. F”nofsinhar tas-16 ta’ Frar, QuantERA organizza Proposers' Day f’Malta biex jippermetti skambju ta’ ideat mir-riċerkaturi sabiex tiġi ffurmata jew imsaħħa konsorzja għall-proposti ta’ ideat għas-sejħa tal-2017 (sad-data ta’ skadenza għal qabel il-proposti): L-Erbgħa, 15 ta' Marzu 2017
 
​​​​​​​​​​

AĠENDA

​​​​​Kelliema​

 

Documents

Multimedia

Dokumenti Relatati​​