​​​​​

DWAR

​​
Sfond

Kull Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tospita b’użanza fil-pajjiż tal-Presidenza Laqgħa tad-Diretturi tan-Natura u tal-Bijodiversità tal-UE biex dawn jiddiskutu u jilħqu qbil rigward it-triq ’l quddiem fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE dwar il-bijodiversità, filwaqt li tqis bis-sħiħ ix-xogħol tal-kumitati u l-gruppi ta’ ħidma relevanti li jkunu mistennija jiddibattu materji marbuta mal-Istrateġija u mad-Direttivi dwar in-Natura. F’dawn il-laqgħat, li jitmexxew mill-Presidenza flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, jieħdu sehem l-Istati Membri tal-UE flimkien mal-Istati Membri taż-ŻEE, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-partijiet interessati relevanti.

Għan

Il-pjan tal-Laqgħa tad-Diretturi tan-Natura u tal-Bijodiversità tal-UE li ser issir f’Malta huwa li jsiru diskussjonijiet dwar kwistjonijiet kurrenti – b’mod speċjali fuq il-pjan direzzjonali meqjus rigward it-twettiq tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE – u taħditiet dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni li jittratta l-isfidi għalll-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar in-Natura. Dan ser isir b’segwitu għall-konklużjoni tal-Kontrolli tal-Idoneità li d-Direttivi tal-UE dwar l-Għasafar u l-Ħabitats għadhom relevanti ħafna u adattati għall-fini tagħhom. Ser jitqajmu wkoll aspetti oħrajn rigward il-bijodiversità, dejjem skont id-diskussjonijiet kurrenti li jkunu qed isiru ġewwa fora oħrajn. Dan l-avveniment ser jinkludi wkoll żjarat fuq il-post sabiex issir enfasi fuq l-iżviluppi rigward żoni protetti f’Malta mill-perspettivi tal-iskedar u tal-ġestjoni.

Il-laqgħa ser tagħti lok lill-parteċipanti biex jiskambjaw il-fehmiet tagħhom u jilħqu l-konklużjonijiet, biex b’hekk jiggwidaw l-implimentazzjoni ulterjuri tal-Istrateġija dwar il-Bijodiversità u d-Direttivi dwar in-Natura tal-UE. Parti mil-laqgħa ser issir bejn l-Istati Membri biss.

 

AĠENDA

​​​​​Kelliema​

 

Documents

Multimedia

Dokumenti Relatati​​