BLUEMED - Kollezzjoni ta’ riċerka u innovazzjoni għal tkabbir sostenibbli
BLUEMED - Kollezzjoni ta’ riċerka u innovazzjoni għal tkabbir sostenibbli
19/04/2017 21:00
17
​​​​​

DWAR

​​
Sfond

L-inizjattiva BLUEMED ġiet imwaqqfa fl-2014 taħt il-Presidenza Taljana tal-Kunsill tal-UE flimkien mal-Istati Membri tal-Mediterran, il-Portugal u l-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea. Din l-inizjattiva tħaddan l-integrazzjoni tal-għarfien u l-isforzi favur l-iżvilupp tat-tkabbir blu fil-Mediterran u tippromwovi azzjonijiet konġunti ta’ riċerka relevanti u prijoritajiet innovattivi. Azzjoni ta’ Koordinazzjoni u Appoġġ li ser issostni l-konsorzju BLUEMED fl-attivitajiet tiegħu ġiet imnieda f’Novembru tal-2016 u ser tibda b’sensiela ta’ laqgħat ta’ netwerking fis-snin li ġejjin. Malta se tospita laqgħa teknika ta’ dan il-konsorzju f’April tal-2017, ġurnata qabel il-Konferenza Ministerjali Informali tal-Ministri għall-Affarijiet Marittimi li tindirizza t-Tkabbir Blu, immexxija mill-Ministeru għall-Kompettitività u l-Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi. 

Il-laqgħa teknika BLUEMED ser tiġi organizzata mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Għan

Il-laqgħa teknika tal-konsorzju BLUEMED ser isservi biex tkompli tiġi kkonsolidata l-ħidma tal-grupp u tappoġġa l-aġġornar tal-Aġenda Strateġika għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (SRIA) żviluppata u mwaqqfa fl-2015. Il-laqgħa se tkun ukoll l-ewwel okkażjoni fejn l-inizjattiva se tkun miftuħa għall-pajjiżi terzi tal-Mediterran, li għandhom ukoll rwol pertinenti fl-iżvilupp ulterjuri tal-BLUEMED SRIA.

Sessjoni dwar l-inizjattiva BLUEMED se tiġi inkluża fl-aġenda tal-Konferenza Ministerjali Informali dwar ‘L-Inizjattiva Tkabbir Blu:  It-Turiżmu Nawtiku u Marittimu’ f’Malta fl-20 ta’ April. Is-sessjoni ser isservi biex tippreżenta l-konklużjonijiet tal-laqgħa teknika, il-ħidma tal-inizjattiva BLUEMED stess u tenfasizza r-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-aġenda tat-tkabbir blu. 


​​​​​​​​​​

AĠENDA

​​​​​Kelliema​

 

Documents

Multimedia

Dokumenti Relatati​​