Sfond
L-UE u l-Istati Uniti se jiddiskutu suġġetti ta’ interess komuni li jagħmlu parti mill-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. Din hija l-laqgħa Ministerjali, li l-preparazzjonijiet għaliha ħa jkunu saru fuq il-livell ta' Uffiċjali Għolja iktar qabel waqt il-Presidenza Maltija.
L-UE u l-Istati Uniti ta’ spiss jiltaqgħu biex jiddiskutu l-ġustizzja u l-affarijiet interni. L-ewwel jiltaqgħu fuq il-livell ta' Uffiċjali Għolja, bi preparazzjoni għall-livell ta’ laqgħa Ministerjali. Il-laqgħa tal-Uffiċjali Għolja u dik Ministerjali sseħħ darba waqt kull sitt xhur ta’ Presidenza. Il-laqgħa Ministerjali sseħħ fil-Kapital tal-Istat Membru tal-UE fl-ewwel nofs tas-sena u fl-Istati Uniti fit-tieni nofs tas-sena.
Oqsma ta’ tħassib komuni jinkludu l-ġlieda kontra l-kriminalità, il-protezzjoni ta’ data personali u l-koperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja.
Għan
L-għan tal-laqgħa hu li l-UE u l-Istati Uniti jkomplu jikkoperaw f’dan il-qasam bil-viżjoni li jsaħħu din il-koperazzjoni.