Termini tal-Użu

Din il-paġna tagħtik it-termini u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom tista’ tagħmel użu minn dan is-sit elettroniku. Jekk jogħġbok aqra dawn it-termini u l-kundizzjonijiet sew qabel ma tibda tagħmel użu mis-sit. Bl-użu tas-sit, inti tindika li taċċetta u taqbel li tirrispetta dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu. Jekk ma taqbilx ma’ dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu, jekk jogħġbok tużax dan is-sit.

L-AĊĊEESS GĦAS-SIT

L-aċċess għas-sit elettroniku huwa permess fuq bażi temporanja, u aħna nirriżervaw id-dritt li nirtiraw jew nemendaw l-informazzjoni u/jew is-servizzi li nipprovdu fuq is-sit mingħajr avviż (ara hawn taħt).

Aħna se nużaw mezzi raġonevoli sabiex niżguraw li s-sit ikun disponibbli 24 siegħa kuljum, 7-t ijiem fil-ġimgħa. Madankollu, m’aħniex responsabbli jekk għal xi raġuni jew oħra s-sit ma jkunx disponibbli fi kwalunkwe ħin jew għal kwalunkwe perjodu.

Meta tuża s-sit elettroniku, għandek toqgħod lura milli tagħmel kwalunkwe ħaġa li hija mniżżla fis-sezzjoni “Użi Projbiti” ta’ dawn it-termini u l-kundizzjonijiet.

Inti responsabbli għall-arranġamenti kollha meħtieġa biex ikollok aċċess għas-sit elettroniku. Barra minn hekk, inti responsabbli biex tiżgura li l-persuni kollha li jaċċessaw is-sit permezz tal-konnessjoni tal-Internet tiegħek huma konxji ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet, u jikkonformaw magħhom.

L-UŻU TAS-SIT

Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni mqiegħda fuq is-sit.

L-Użu tal-Applikazzjoni tal-Mowbajl

“MobileApp” tirreferi għall-applikazzjoni fornuta minna li tagħti aċċess għall-Presidenza tal-UE fuq l-apparat mobbli inkluż kull software jew dokumentazzjoni oħra li jippermettu l-użu tal-applikazzjoni tas-software u kwalunkwe aġġornamenti li jkunu disponibbli minn żmien għall-ieħor. 

Hawnhekk aħna qed nagħtuk liċenzja revokabbli, non-esklussiva, non-trasferibbli u mingħajr royalties, biex tuża l-MobileApp għall-użu personali tiegħek skont dawn it-termini u l-kundizzjonijiet. Aħna qed nagħtuk liċenzja tal-użu tal-MobileApp abbażi ta’ dawn it-termini u l-kundizzjonijiet u soġġett għar-regoli u l-politiki applikati minn kwalunkwe fornitur jew operatur tal-Appstore minn liema sit titniżżel il-MobileApp (‘Appstore’).

Kull trademark, dritt tal-awtur, dritt tad-database u drittijiet tal-propjetà intellettwali oħra ta’ kwalunkwe natura fil-MobileApp, flimkien mal-kodiċi tas-software huma l-propjetà tagħna jew tal-liċenzjaturi tagħna. Aħna ma nbigħulekx il-MobileApp. Aħna nibqgħu s-sidien tal-MobileApp f’kull ħin.

Inti tagħraf li t-termini tal-ftehim mal-fornitur tat-telefonija mobbli tiegħek (‘Fornitur tat-Telefonija Mobbli’) jibqgħu fis-seħħ int u tuża l-MobileApp. B’riżultat ta’ dan, jistgħu jiġu imposti miżati mill-fornitur tat-telefonija mobbli biex ikollok aċċess għas-servizzi ta’ konnessjoni għan-network għat-tul kollu tal-konnessjoni inti u taċċessa l-MobileApp jew kwalunkwe miżati oħra ta’ partijiet terzi li jistgħu jinqalgħu. Inti taċċetta r-responsabbiltà ta’ kwalunkwe miżati li jistgħu jinqalgħu.

Jekk inti m’intix min iħallas l-kont tal-mowbajl jew tal-apparat li jinżamm fl-idejn użat għall-aċċess tal-MobileApp, se jitqies li inti rċivejt il-permess għall-użu tal-MobileApp mingħand min iħallas il-kont.

La int u lanqas partijiet terzi f’ismek ma jistgħu (a) jipprovaw jikkupjaw, jirreplikaw, jalteraw, jimmodifikaw, jagħmlu reverse engineering, iżarmaw, jiddekumpilaw, jittrasferixxu, jiskambjaw jew jittraduċu l-MobileApp; jew (b) jikkreaw xogħol derivattiv mill-MobileApp ta’ kwalunkwe xorta.

Aħna se nużaw il-miżuri raġonevoli kollha biex il-MobileApp taħdem bis-sħiħ u tipprovdi esperjenza għall-utenti omoġena fejn a) dan ikun teknikament fattibbli u b) fuq apparat (i) li huwa kkunsidrat ewlieni; (ii) li għandu sistema operattiva ewlenija; (iii) li għandu software stack konfigurata b’mod li huwa sostnut mill-bejjiegħ oriġinali tal-apparat; (iv) li għandhom sistema operattiva programmata bl-aħħar aġġornamenti.

Aħna ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà għan-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-MobileApp jew kwalunkwe diffikultà jew inabbiltà biex jitniżżel jew jiġi aċċessat il-kontenut jew kwalunkwe nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi ta’ kommunikazzjoni li jista’ jwassal biex il-MobileApp ma tkunx disponibbli.

Inti tagħraf li l-MobileApp tista’ tiġi affettwata minn fatturi ’l hinn mill-kontroll raġonevoli tagħna inkluż, iżda mhux limitat biss, mill-Internet u n-networks tat-telefonija mobbli li għandhom impatt dirett fuq il-kwalità u d-disponibbiltà tal-MobileApp.

Minn żmien għal ieħor jistgħu jinħarġu xi aġġornamenti tal-MobileApp permezz tal-AppStore. Skont it-tip ta’ aġġornament, jista’ jkun li ma tkunx f’pożizzjoni li tuża l-MobileApp qabel ma tniżżel jew tagħmel streaming tal-aħħar verżjoni tal-MobileApp u taċċetta kwalunkwe termini ġodda.

Aħna m’aħniex responsabbli għas-sapport jew għall-manutenzjoni tal-MobileApp.

Il-verżjoni tal-MobileApp tista’ tiġi aġġornata minn żmien għall-ieħor biex jiżdied l-appoġġ għal funzjonijiet u s-servizzi ġodda.

Aħna nistgħu nwaqqfu l-użu tal-MobileApp f’kwalunkwe mument billi nagħtuk avviż ta’ terminazzjoni. Wara kull terminazzjoni: (a) id-drittijiet u l-liċenzji mogħtija lilek hawnhekk jiġu terminati; (b) int trid twaqqaf kull użu tal-MobileApp.

Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet l-oħra dwar il-limitazzjoni u ċ-ċaħda ta’ responsabbiltà fir-rigward tal-garanziji stabbiliti hawn ġew, m’aħniex responsabbli għal kwalunkwe dannu jew tibdil fl-apparat tiegħek li jinkludi iżda mhux limitat għal apparat tal-kompjuter, apparat miżmum fl-idejn jew mowbajls, bħala riżultat tal-installazzjoni jew l-użu tal-MobileApp.

It-tniżżil ta’ applikazzjonijiet oħra, ħsarat tekniċi, użu żbaljat tal-apparat tiegħek, ħajjet il-batterija, problemi tal-konnettività, u fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu ’l hinn minn kwalunkwe kontroll raġonevoli. F’dan ir-rigward, aħna m’għandniex ninżammu responsabbli f’każ ta’ ħsarat tekniċi fil-MobileApp li jirriżultaw minn kwalunkwe fattur imsemmi hawn fuq matul l-użu.

UŻI PROJBITI

Tista’ tuża s-sit elettroniku għal finijiet leġittimi biss. Ma tistax tuża s-sit:

·       bi kwalunkwe mod li jikser xi liġi jew regolament applikabbli.

·       bi kwalunkwe mod li huwa illegali jew frodulenti, jew li għandu kwalunkwe għan jew effett illegali jew frodulenti.

·       bi kwalunkwe mod li jista’ jikser id-drittijiet tagħna jew id-drittijiet ta’ partijiet terzi;

·       biex tippubblika, tittrasmetti jew ixxerred kwalunkwe informazzjoni dwar jew permezz tas-sit li hija oxxena, difamatorja jew b’xi mod perikoluża;

·       biex tikseb jew tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzat għas-sit;

·       biex b’xi mod tbiddel, tħassar jew tinterferixxi mas-sit;

·       biex b’mod konxju tittrasmetti kwalunkwe dejta, tibgħat jew ittella’ kwalunkwe materjal li fih virus, Trojan horses, worms, time-bombs, keystroke loggers, spyware, adware jew kwalunkwe programmi jew kodiċijiet tal-kompjuter simili oħra, imfassla biex jaffettwaw b’mod ħażin il-ħidma ta’ kwalunkwe software jew hardware tal-kompjuter;

·       biex tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzat għal kwalunkwe parti jew funzjonalità tas-servizzi, jew kwalunkwe sistemi jew networks oħra mqabbda mas-servizzi jew ma’ kwalunkwe server tal-Gvern ta’ Malta, jew għal kwalunkwe servizz offrut fuq jew permezz tas-sit, permezz ta’ hacking, password mining jew kwalunkwe mezzi illeġittimi oħra;

·       biex tistħarreġ, tiskennja jew tittestja l-vulnerabilità tas-sit, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe network imqabbad mas-sit, u lanqas biex tikkomprometti l-miżuri ta’ sigurtà jew ta’ awtentikazzjoni tas-sit, inklużi s-servizzi jew in-networks imqabbda mas-sit;

·       biex tagħmel reverse look-up, titraċċa jew tipprova titraċċa s-sors ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar kwalunkwe persuna oħra li żżur is-sit, jew kwalunkwe klijent ieħor tal-Gvern ta’ Malta, inkluż kwalunkwe kont tas-servizzi li mhux proprjetà tiegħek jew li tisfrutta s-sit jew kwalunkwe servizz jew informazzjoni disponibbli jew offruta minn jew permezz tas-sit, bi kwalunkwe mod, fejn l-għan huwa li tiżvela kwalunkwe informazzjoni, li tinkludi iżda mhux limitata għal identifikazzjoni jew informazzjoni personali, minbarra l-informazzjoni tiegħek stess, kif previst permezz tas-sit jew kwalunkwe servizz ipprovdut permezz tiegħu;

·       biex toħloq headers jew inkella timmanipula l-identifikaturi sabiex taħbi l-oriġini ta’ kwalunkwe messaġġ jew trażmissjoni li tibgħat lill-Gvern ta’ Malta fuq jew permezz tas-sit jew kwalunkwe servizz offrut fuq jew permezz tas-sit. Int ma tistax tippretendi li int xi ħadd ieħor, li tirrappreżenta lil ħaddieħor, jew timpersonifika lil kwalunkwe persuna jew entità oħra sakemm ma tkunx awtorizzat.

Aħna nirriżervaw id-dritt li niżvelaw l-informazzjoni personali tiegħek lil kwalunkwe awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kompetenti f’każ ta’ ksur tal-paragrafu preċedenti.

Inti taqbel ukoll li:

·       ma tirripproduċix, tiddupplikax, tikkopjax jew terġa’ tbiegħ kwalunkwe parti mis-sit bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn it-termini u l-kundizzjonijiet.

·       ma taċċessax mingħajr awtorità, tinterferixxi ma’, tfixkel jew tagħmel ħsara lil:

(i)   kwalunkwe parti mis-sit;
(ii)  kwalunkwe tagħmir jew network li fuqu s-sit huwa miżmum;
(iii) kwalunkwe software użat fil-provvista tas-sit; jew
(iv) kwalunkwe tagħmir, network jew software li huwa użat minn jew li huwa l-propjetà xi parti terza.

​​·       ma tuża l-ebda “page-scrape”, “robot”, “spider” jew kwalunkwe apparat awtomatiku, programm, algoritmu, metodoloġija  jew proċess manwali simili jew ekwivalenti biex taċċessa, takkwista, tikkopja jew tissorvelja kwalunkwe porzjon tas-servizzi jew kwalunkwe kontenut ipprovdut permezz ta’ dan is-sit jew b’xi mod tirripproduċi jew iddur mal-istruttura tan-navigazzjoni jew mal-preżentazzjoni tas-servizzi jew kwalunkwe kontenut; li tikseb jew tipprova tikseb xi materjali, dokumenti jew informazzjoni permezz ta’ mezzi magħmula disponibbli fuq is-sit b’mod mhux intenzjonali. Aħna nirriżervaw id-dritt li nipprojbixxu kwalunkwe tip ta’ attività bħal din.

·       ma tieħu l-ebda azzjoni li timponi piż mhux raġonevoli u sproporzjonalment kbir fuq l-infrastruttura tas-sit jew is-sistemi jew in-networks tal-Gvern ta’ Malta jew kwalunkwe sistemi jew networks li huma konnessi mas-sit.

·       ma tuża l-ebda apparat, software jew rutina li tinterferixxi jew li tipprova tinterferixxi mal-ħidma xierqa tas-sit, inklużi s-servizzi, jew kwalunkwe tranżazzjoni mwettqa fuq is-sit ma’ kwalunkwe persuna jew entità oħra li tuża s-sit jew is-servizzi.

ĦOLOQ GĦAL SITI ELETTRONIĊI OĦRA

Fejn is-sit elettroniku jkollu ħoloq għal siti elettroniċi u r-riżorsi oħra provduti minn partijiet terzi, dawn il-ħoloq huma provduti għall-informazzjoni tiegħek biss.  Aħna ma għandna l-ebda kontroll fuq il-kontenut ta’ dawn is-siti jew riżorsi, u ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà għalihom jew għal kwalunkwe telf jew dannu li jista’ jinqala’ permezz tal-użu tagħhom.

ĦOLOQ GĦAL DAN IS-SIT ELETTRONIKU

Tista’ tipprovdi ħoloq għal dan is-sit, sakemm tagħmel dan b’mod ġust u legali u ma tapprofittax minnu jew tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tagħna, iżda ma tistax tpoġġi ħolqa b’tali mod li tissuġġerixxi xi forma ta’ assoċjazzjoni jew approvazzjoni min-naħa tagħna fejn ma jkun hemm l-ebda. Aħna nirriżervaw id-dritt li nirtiraw il-permess tal-ħoloq mingħajr avviż.

Is-sit elettroniku ma jistax jidher fuq kwalunkwe sit ieħor.

ID-DRITT TAL-AWTUR

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, bil-kundizzjoni li s-sors jiġi rikonoxxut, sakemm ma jingħadx il-kuntrarju.

Kull fejn hemm bżonn permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali u multimedjali (ħoss, immaġni, software, eċċ.), it-tali permess għandu jħassar il-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika biċ-ċar kwalunkwe restrizzjonijiet tal-użu.

Int tista’ tipprintja kopji u tniżżel siltiet ta’ kwalunkwe paġna jew paġni mis-sit għar-referenza personali tiegħek u tista’ tiġbed l-attenzjoni ta’ oħrajn fi ħdan l-organizzazzjoni tiegħek dwar il-materjal ippubblikat fuq is-sit. 

Int m’għandekx timmodifika l-kopji diġitali jew ta’ fuq il-karta ta’ kwalunkwe materjal li b’xi mod jew ieħor niżżilt jew printjajt u m’għandek tuża l-ebda stampi, ritratti, sekwenzi ta’ vidjow jew ta’ awdjo jew kwalunkwe grafika oħra separatament minn kwalunkwe test li kien jakkumpanjahom.

Jekk tipprintja, tikkopja jew tniżżel kwalunkwe parti tas-sit elettroniku bi ksur ta’ dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu, id-dritt li tuża dan is-sit jintemm minnufih u trid, fuq l-għażla tagħna, tirritorna jew teqred kwalunkwe kopji tal-materjal li tkun għamilt.

ID-DIPENDENZA FUQ L-INFORMAZZJONI PPUBBLIKATA

Kummentarji u materjali oħra li jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku mhumiex maħsuba bħala pariri li għandek toqgħod fuqhom. Għalhekk aħna niċħdu kull obbligu u responsabbiltà li tirriżulta minn kwalunkwe dipendenza bbażata fuq materjali bħal dawn minn kwalunkwe viżitatur tas-sit, jew minn kull min jista’ jkun infurmat bi kwalunkwe kontenut tiegħu.

Tibdiliet fuq is-sit elettroniku

Aħna nimmiraw li naġġornaw dan is-sit b’mod regolari u nistgħu nbiddlu l-kontenut f’kull ħin. Jekk ikun hemm bżonn, nistgħu nissospendu l-aċċess għas-sit, jew nagħlquh b’mod definittiv. Kwalunkwe materjal ta’ fuq is-sit jista’ ma jkunx għadu validu fi kwalunkwe mument, u aħna m’għandna l-ebda obbligu li naġġornaw dan il-materjal.

IL-COOKIES

Il-cookie tas-sessjoni hija biċċa dejta li tiġi maħżuna fuq il-kompjuter tiegħek u li tiskadi meta tagħlaq il-browser tal-internet tiegħek. Is-sit elettroniku juża l-cookies tas-sessjoni biex temporanjament jidentifika l-azzjonijiet tal-utent huwa u juża s-sit, inklużi s-servizzi. Il-cookie tas-sessjoni hija informazzjoni maħżuna fil-cache tal-browser tiegħek li tibqa’ disponibbli lis-sit għat-tul kollu li tieqa tal-browser tiegħek tibqa’ miftuħa (sessjoni) meta taċċessa s-sit, jew is-servizzi tiegħu, u l-ebda sit ieħor ma jista’ jitlob din l-informazzjoni. Meta tuża dan is-sit, jew is-servizzi tiegħu, tkun qiegħed tagħti l-kunsens tiegħek għall-ħażna tal-cookies fuq il-kompjuter personali tiegħek. Biex tiżgura li l-informazzjoni maħżuna mill-cookie tas-sessjoni titneħħa mill-cache tal-kompjuter personali tiegħek, huwa rrakkomandat ħafna li tagħlaq il-browser tiegħek meta tlesti mill-użu tas-sit jew tas-servizzi tiegħu.

Siġurtà

Aħna m’aħniex responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu kkawżat minn attakki ta’ distributed-denial-of-service, viruses jew materjal teknoloġiku ieħor ta’ ħsara li jista’ jinfetta lill-apparat tal-kompjuter tiegħek, il-programmi tal-kompjuter, id-dejta jew materjal proprjetarju ieħor minħabba l-użu tiegħek tas-sit jew it-tniżżil ta’ kwalunkwe materjal ippubblikat fuqu jew fuq kwalunkwe sit relatat miegħu.

Limitazzjoni tar-Responsabbiltà

Il-materjal li jidher fuq is-sit huwa provdut mingħajr l-ebda garanzija jew kundizzjonijiet fir-rigward tal-eżattezza tiegħu. Sa fejn huwa permess mil-liġi, aħna, flimkien mal-kontributuri identifikati (inklużi l-entitajiet fi ħdan il-Gvern ta’ Malta) u l-partijiet terzi konnessi magħna, hawnhekk espressament neskludu:

·       Il-kundizzjonijiet kollha, il-garanziji u t-termini l-oħra li nkella jistgħu jiġu implikati mil-liġi.

·       Kwalunkwe responsabbiltà għal kwalunkwe konsegwenza diretta, indiretta jew telf jew ħsara konsegwenti mġarrba minn kwalunkwe utent b’rabta mas-sit jew mal-użu, l-inabbiltà tal-użu, jew ir-riżultati tal-użu tas-sit, kwalunkwe siti marbuta miegħu u kwalunkwe materjal ippubblikat fuqu, inkluża, mingħajr limitazzjoni, kull responsabbiltà għal: kwalunkwe telf ta’ dħul; telf ta’ negozju; telf ta’ avvjament; ħin tal-ġestjoni jew tal-uffiċċju mitluf; u kwalunkwe telf jew ħsara ta’ kull tip, kull kif jirriżulta, kemm jekk huwa kkawżat minn tort (inkluża n-negliġenza), ksur ta’ kuntratt jew b’kwalunkwe mod ieħor, anke jekk ikun prevedibbli.

Dan ma jaffettwax ir-responsabbiltà tagħna għal kwalunkwe obbligazzjoni oħra li ma tistax tiġi eskluża jew limitata skont il-liġi applikabbli.

ĊAĦDA TA’ GARANZIJI

Aħna ma qegħdin nagħtuk l-ebda garanzija jew assigurazzjoni. Aħna niddikjaraw u int tagħraf li l-garanziji u l-kundizzjonijiet kollha implikati huma esklużi sal-limitu massimu permess mil-liġi. Għandek tinnota b’mod partikolari li:

·       Is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit mhumiex maħsuba biex jikkostitwixxu dikjarazzjoni definittiva jew sħiħa tal-liġi dwar kwalunkwe suġġett.

·       Is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit mhumiex maħsuba biex jikkostitwixxu parir legali f’kwalunkwe sitwazzjoni speċifika.

·       Is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit jinkludu informazzjoni arkivjata u riżorsi li jistgħu jkunu żbaljati jew skaduti.

·       Is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit, u l-mezzi li aħna nużaw biex jitwassal jistgħu ma jaqblux mas-software jew il-konfigurazzjonijiet tal-kompjuter tiegħek.

·        Aħna nistgħu nbiddlu jew nirtiraw parti jew it-totalità ta’ kwalunkwe servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit elettroniku skont id-diskrezzjoni tagħna.

POLITIKA TA’ PRIVATEZZA

Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew tal-utenti tagħna u m’aħniex se niġbru kwalunkwe informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdix dan b’mod volontarju.

Skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data tal-2001, li daħal fis-seħħ b’mod sħiħ fil-15 ta’ Lulju 2003, għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe informazzjoni personali li niġbru mingħandek u aħna se nirrispettaw dan id-dover. Aħna se nużaw is-salvagwardji kollha meħtieġa biex nipprevjenu l-aċċess mhux awtorizzat u m’aħniex se ngħaddu d-dettalji personali tiegħek, li niġbru mingħandek bħala viżitatur u/jew utent, lil kwalunkwe parti terza sakemm int ma tagħtiniex il-kunsens tiegħek biex nagħmlu dan.

Bħala viżitatur, aħna niġbru tliet tipi ta’ informazzjoni dwarek:

a) Informazzjoni ta’ kuntatt jew ta’ feedback;
b) Informazzjoni dwar il-paġna web;
ċ) Informazzjoni dwar l-użu tas-sit.
Bħala utent, aħna niġbru informazzjoni personali fil-proċess tas-sottomissjoni tal-formoli permezz tas-sit elettroniku, indirizzata lil ministeru jew dipartiment tal-Gvern ta’ Malta jew kwalunkwe entità oħra skont il-każ.

Bl-użu ta’ dan is-sit elettroniku, int tagħti l-kunsens tiegħek għal dan l-ipproċessar, inkluż it-trasferiment ta’ informazzjoni personali lill-ministeru, dipartiment jew entità oħra tal-Gvern ta’ Malta relevanti, u int tagħti garanzija li d-dejta pprovduta minnek hija preċiża.

Jekk għandek xi mistoqsijiet rigward l-informazzjoni personali li għandna dwarek, jekk xejn, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq l-indirizz tal-email provdut taħt it-taqsima “It-tħassib tiegħek”.

IL-ĠURIŻDIZZJONI U L-LIĠIJIET APPLIKABBLI

Il-Qrati Maltin għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklussiva rigward kwalunkwe pretensjoni li toriġina minn, jew li hija relatata mal-aċċess tas-sit elettroniku. 

Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu u kull tilwima jew pretensjoni li tirriżulta minnhom, b’rabta magħhom jew mas-suġġett jew l-iffurmar tagħhom (inkluż tilwim jew pretensjonijiet mhux kuntrattwali) għandhom jiġu rregolati minn u interpretati skont il-liġi ta’ Malta.

VARJAZZJONIJIET

Aħna nistgħu nirrevedu dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu fi kwalunkwe ħin billi nemendaw din il-paġna. Inti mistenni tiċċekkja din il-paġna minn żmien għal ieħor biex tieħu nota ta’ kwalunkwe tibdiliet li jsiru, peress li huma vinkolanti fuqek. Xi wħud mid-dispożizzjonijiet li jinsabu f’dawn it-termini tal-użu jistgħu jiġu sostitwiti wkoll b’dispożizzjonijiet jew l-avviżi ppubblikati xi mkien ieħor fuq dan is-sit elettroniku.

DIKJARAZZJONI DWAR L-AĊĊESSIBBILTÀ

Sar kull sforz biex jiġi żgurat li dan is-sit elettroniku jikkonferma mar-rekwiżiti u r-rakkomandazzjonijiet ta’ aċċessibbiltà WAI tad-W3C biex jiġi żgurat li s-sit elettroniku jaħseb għall-individwi b’diżabilitajiet speċifiċi.

IT-TĦASSIB TIEGĦEK

Jekk għandek xi tħassib dwar il-politika tal-privatezza jew kwalunkwe materjal li jinsab fuq is-sit elettroniku, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tibgħatilna messaġġ fit-taqsima “Ikkuntattjana” ta’ dan is-sit.

Grazzi talli għoġbok iżżur is-sit tagħna.