Flimkien mal-imsieħba tat-triju (in-Netherlands u s-Slovakkja), Malta pparteċipat fil-ħolqien tal-programm tal-Kunsill li jidentifika l-oqsma ewlenin ta’ xogħlu fuq il-medda tat-18-il xahar minn Jannar 2016 sa Ġunju 2017.  Abbażi ta’ dan il-programm, kull membru tat-triju jipprepara programm dettaljat ta’ 6 xhur li jenfasizza fuq numru ta’ kwistjonijiet prinċipali li ser jingħataw prijorità f’dan il-perjodu.
 
Fil-ħolqien tal-programm tat-triju, it-tliet presidenzi ġew iggwidati primarjament mill-ħames prijoritajiet tal-aġenda strateġika addottata mill-Kunsill Ewropew. L-objettiv ta’ dawn il-ħames prijoritajiet huwa li l-UE ssir Unjoni ta’ xogħlijiet, tkabbir u kompetittività filwaqt li ssaħħaħ u tipproteġi ċ-ċittadini tagħha billi taffaċċja kwistjonijiet bħal faqar u l-esklużjoni soċjali. Il-prijoritajiet jgħinu biex tinbena Unjoni b’politika tal-klima li tħares ’il quddiem u li fl-istess ħin tipproteġi l-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja filwaqt li tokkupa rwol importanti fix-xena globali
  



 

​​