Il-membri tal-istampa kollha li jixtiequ jattendu xi waħda mil-laqgħat u/jew wieħed mill-avvenimenti b’rabta mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017, għandhom bżonn jiksbu l-approvazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-akkreditazzjoni. Il-membri tal-istampa għandhom jirreġistraw permezz tas-sistema t’akkreditazzjoni.


Il-Ġbir tal-Kard/s ta’ Akkreditazzjoni għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017
 
Għal Laqgħat Informali u ta’ Livell Għoli fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-membri tal-media jistgħu jiġbru l-kard/s ta’ akkreditazzjoni tagħhom miċ-Ċentru tal-Media fil-Palazz tal-Gran Mastru (dħul minn Triq l-Arċisqof):

  • Dakinhar tal-laqgħat  (mill-17.00 ’l quddiem)


Għal Laqgħat ta’ Livell Għoli (u kwalunkwe laqgħa oħra) li MHUX se jsiru fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-membri tal-media jistgħu jiġbru l-kard/s ta’ akkreditazzjoni tagħhom dakinhar tal-laqgħa mill-post rispettiv tagħhom.




​​​