Laqgħa Informali tal-Ministri għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (JHA)
Laqgħa Informali tal-Ministri għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (JHA)
26/01/2017 01:00
5
​​​​​

DWAR

​​
Sfond

Il-Ministri tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni ser jiltaqgħu f’Malta f’jumejn separati (il-Ministri għall-Affarijiet Interni ser jiltaqgħu fl-ewwel jum u l-Ministri tal-Ġustizzja ser jiltaqgħu fit-tieni jum) biex jiddiskutu, b’mod aktar informali, kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, u biex jistabbilixxu t-triq ’il quddiem għall-fini ta' kwistjonijiet speċifiċi.   

Il-Ministri għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni jiltaqgħu regolarment fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri għall-ĠAI sabiex jiddiskutu u jadottaw liġijiet u miżuri oħra dwar suġġetti speċifiċi. Darbtejn fis-sena jiltaqgħu b’mod aktar informali, fil-belt kapitali tal-Istat Membru li jkollu f’idejh il-Presidenza b’rotazzjoni, bl-għan li jiġu diskussi b’ċerta tul u jistabbilixxu t-triq ’il quddiem dwar suġġetti speċifiċi. Fl-istess ħin, il-Kunsill informali jagħti l-opportunità lill-Ministri biex isaħħu l-kollaborazzjoni tagħhom u biex ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet ta’ bejniethom. 

Fil-preżent, il-Ministri qed jiddiskutu fuq bażi regolari suġġetti importanti bħall-immigrazzjoni u kwistjonijiet ta’ sigurtà. 

Għan

L-għan ta’ din il-laqgħa huwa biex il-Ministri jiddiskutu l-immigrazzjoni u kwistjonijiet ta’ sigurtà.  

AĠENDA

​​​​​Kelliema​

18; 20

Documents

Dokumenti Relatati​​