L-Ukrajna: Il-Kunsill jikkonferma l-qbil politiku dwar il-preferenzi kummerċjali temporanji għall-Ukrajna


28-Ġun-2017
Fit-28 ta' Ġunju 2017, l-Ambaxxaturi għall-UE approvaw il-qbil li ntlaħaq bejn il-Presidenza u l-Parlament Ewropew dwar il-miżuri kummerċjali awtonomi temporanji favur l-Ukrajna.

"Dawn il-miżuri huma sinjal ta’ rieda tajba min-naħa tagħna li ser nagħtu appoġġ politiku u ekonomiku tanġibbli lill-Ukrajna. Minħabba s-sitwazzjoni diffiċli li qed tiffaċċa l-Ukrajna bħalissa, nittamaw li nipproċedu bl-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament, mingħajr dewmien." Chris Cardona, Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar ta’ Malta