Żieda fl-effiċjenza tal-enerġija: l-iżgurar ta’ progress lejn l-għanijiet tal-klima u l-enerġija tal-UE


27-Ġun-2017
Fis-26 ta’ Ġunju, il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu fuq proposta għal direttiva riveduta dwar l-effiċjenza fl-enerġija. Dan il-qbil se jippermetti għall-bidu ta’ negozjati mal-Parlament Ewropew taħt il-Presidenza Estonjana.

L-objettiv ewlieni tad-direttiva proposta hu li jitjiebu l-proviżjonijiet eżistenti u li tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija sabiex tiżgura li jintlaħqu l-miri prinċipali tal-Unjoni Ewropea 2020 u l-għanijiet tal-klima u l-enerġija 2030.

“Ninsabu sodisfatti ħafna li rnexxilna nilħqu qbil fuq din il-leġiżlazzjoni importanti, li kienet prijorità tal-Presidenza tagħna. L-effiċjenza fl-enerġija hija element kruċjali għas-suċċess tat-tranżizzjoni tal-enerġija fl-Ewropa. Din se tippermettilna li nersqu aktar ’il quddiem fl-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Enerġija Nadifa,” qal Joe Mizzi, il-Ministru Malti għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma.


Ara Aktar