Fond Ewropew għall-iżvilupp sostenibbli: il-Kunsill jikkonferma l-ftehim finali mal-PE


28-Ġun-2017
Fit-28 ta’ Ġunju, l-ambaxxaturi tal-UE approvaw il-kompromess li ntlaħaq bejn il-Presidenza u l-Parlament Ewropew rigward il-proposta għal regolament dwar l-istabbiliment ta’ fond Ewropew għall-iżvilupp sostenibbli (EFSD).

''Bis-saħħa tal-ftehim tal-lum, ser inkunu nistgħu nimplimentaw fond ġdid għall-appoġġ ta' proġetti ta' investiment sostenibbli f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp", qalet Marlene Bonnici, ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-UE u l-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti. "Flimkien mal-kunsens Ewropew il-ġdid dwar l-iżvilupp li ġie adottat aktar kmieni dan ix-xahar, l-istabbiliment tal-EFSD ser jikkontribwixxi biex tingħata spinta ġdida lill-politika tal-iżvilupp tal-UE, filwaqt li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni fit-tul.” Marlene Bonnici, Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE u President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti​