Bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija: aktar tnaqqis fl-enerġija u kondizzjonijiet ta’ għajxien aħjar


27-Ġun-2017
Fis-26 ta’ Ġunju l-Kunsill qabel fuq il-pożizzjoni tiegħu dwar proposta għal direttiva riveduta dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Dan il-ftehim se jippermetti għall-bidu ta' negozjati mal-Parlament Ewropew taħt il-Presidenza Estonjana.

“Aħna nilqgħu dan il-ftehim li huwa kruċjali sabiex jintlaħqu l-objettivi Ewropej tagħna fl-effiċjenza tal-enerġija u li se jkun wkoll ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini u n-negozji billi jnaqqsilhom b’mod sinifikanti l-kontijiet tad-dawl. Dan il-ftehim huwa importanti wkoll għal aktar promozzjoni tal-elettromobbiltà kemm f’bini residenzjali u mhux residenzjali,” qal Joe Mizzi, il-Ministru Malti għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma. ​