L-UE se ssaħħaħ in-navigazzjoni interna permezz ta’ rikonoxximent reċiproku tal-professjonijiet – il-Presidenza tilħaq ftehim mal-Parlament


28-Ġun-2017
Fis-27 ta’ Ġunju, il-Presidenza Maltija laħqet ftehim informali mal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment ta’ sistema komuni ta’ ċertifikati għal persuni li jaħdmu fis-settur tan-navigazzjoni interna fl-UE.   Id-detenturi ta’ dawn iċ-ċertifikati se jkunu jistgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom dwar il-passaġġi fuq l-ilma intern fl-Ewropa kollha.   Is-sistema l-ġdida se ttejjeb il-prospetti professjonali fis-settur u se tagħmilha aktar faċli biex nies kwalifikati jkunu jistgħu japplikaw għall-impjiegi meta jkunu disponibbli.  

“B’mod aktar ġenerali, il-Presidenza tagħti importanza l-implimentazzjoni sħiħa tal-kurituri tat-TEN-T permezz tat-titjib tal-infrastruttura tal-passaġġi tal-ilma interni, u tenfasizza li n-navigazzjoni interna hija parti integrali tan-netwerk TEN-T.   In-navigazzjoni interna hija l-aktar mezz ta’ trasport  effiċjenti fl-użu tal-enerġija u għandha potenzjal kbir, speċjalment għall-bidla fit-trasport ta' aktar merkanzija fuq l-art. Is-sistema taċ-ċertifikat uniku tagħti bidu għal opportunitajiet ġodda ta’ karriera u nittamaw li tagħti spinta lis-settur kollu,” qal Ian Borg, il-Ministru Malti għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali.  “Ninsab kuntent ukoll li r-regoli se jkunu applikati biss fejn ikun hemm bżonn, peress li mhux il-pajjiżi kollha tal-UE għandhom topografija li hija adattata għal dan it-tip ta’ trasport.” ​