Kontrolli fuq il-flus kontanti li jidħlu u joħorġu mill-UE: Il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni ta’ negozjar


28-Ġun-2017
Fit-28 ta’ Ġunju l-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill (Coreper) qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu fuq abbozz ta’ regolament immirat lejn it-titjib tal-kontrolli fuq il-flus kontanti li jidħlu jew joħorġu mill-Unjoni.

Edward Scicluna, il-Ministru għall-Finanzi ta’ Malta, qal li “In-netwerks kriminali u terroristiċi jieħdu vantaġġ mill-anonimità tal-ħlas bi flus kontanti. Huwa għalhekk li għadna bżonn sistema effettiva ta’ dikjarazzjonijiet tal-flus kontanti li tista’ tgħin lill-awtoritajiet fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-attivitajiet illegali u t-tisħiħta s-sigurtà madwar l-Unjoni”.​