Karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol: Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jilħqu ftehim


30-Ġun-2017
Fit-28 ta’ Ġunju 2017, il-Presidenza Maltija u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar direttiva ġdida maħsuba biex tipproteġi lill-ħaddiema mill-espożizzjoni għal sustanzi karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.

 “B’dan il-ftehim, se nkunu nistgħu nipproteġu aħjar lil miljuni ta' ħaddiema tal-UE minn sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer fuq il-post tax-xogħol. Dan huwa ta' importanza partikolari peress li l-kanċer huwa l-kawża prinċipali tal-imwiet relatati max-xogħol.”
Is-Sa Helena Dalli, Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza